top of page
Mirakli

Mirakli

San Ġorġ ġie msejjaħ Tawmaturgu għaliex għamel diversi mirakli. Uħud minnhom huma rrakuntati minn diversi kittieba, kollha aċċettati mill-Knisja Kattolika.

 

Il-Ħajjat minn Napli

Rafeli De Luca kien ħajjat minn Napli li kien jgħix ma' mara li ma kienetx martu. Darba waħda l-Vessuvju kien qed itajjar il-lava waqt li kienet għaddeja purċissjoni bl-istatwa ta' San Ġorġ u beda jghajjat  "X'kull waħda wkoll jgħidu li din l-istatwa tal-kartapesta tista' twaqqaf il-lava tal-vessuvju. Ara kif jista jkun. Ninsabu fi zmien ta' dawl kbir. Ma' jmissniex nemmnu dawn il-ħrejjef."

Matul il-lejl deher bniedem quddiem dan Rafel u qallu, "Jiena dak il-bniedem tal-kartapesta u inti tista' tara jekk il-lava waqfitx jew le, inti jistħoqqlok tkun ikkastigat taż-żeblieħ li żeblaħtni, imma jiena ma rridx nagħmel dan miegħek, ngħidlek biss li jinħtieġlek li tindem minn dnubitek."  

Mas-sebħ huwa qal b'kollox lil dik il-mara li kienet tgħix miegħu li nsistiet li għandu jitajjar dawn il-ħsibijiet minn moħħu. Huwa xejn ma kien qiegħed iħossu sew u beda jħoss il-mewt riesqa lejh, nidem u żżewweġ lil dik il-mara. Ftit jiem wara miet mewta ta' nisrani. Qabel miet qal lil dawk li kienu qribu sabiex ma jżebilħu qatt bix-xbija ta' San Ġorġ kif ukoll ikunu devoti tiegħu għax huwa jaf is-salvazzjoni tiegħu lilu. Dan il-fatt ġara fl-1872.

 

Relikwi ta' San Ġorġ jibqgħu intatti wara li jinħaraq it-tempju.

Ġewwa Chalon-sur-Saone fis-seklu disgħa kien jeżisti tempju sabieħ iddedikat lil San Ġorġ. Is-suldati tas-sultan Lotarju kienu rvellaw kontrih u għamlu ħerba sħieħa saħansitra ħarqu dan it-tempju. Meta n-nirien intfew instab li r-relikwi ta' San Ġorġ li kienu fih baqgħu intatti daqs li kieku ma' kienx hemm nar.

 

Relikwa ta' sinna ta' San Ġorġ

Il-kavallier nobbli Cesare Bianchetti li kellu devozzjoni kbira lejn il-Qaddis tagħna, kien kiteb il-ħajja ta' San Ġorġ, taht l-isem ta' Tejadoru Anselmini kellu fil-pussess tiegħu relikwa ta' San Ġorġ.  Din Kienet tikkonsisti f'Sinna tal-Qaddis li minnha spiss kien jara jnixxi likwidu lewn aħdar. Din il-fatt jista' jarah Kullhadd.

Kitba ta' Fr. Reno Muscat min Ktieb San Ġorġ Melagomatri maħruġ min Għaqda Mużikali Anici 2000.

Copyright © 2009 by Daniel Pullicino created with Wix.com

bottom of page