
Għaqda Soċjo-Mużikali Anici
Il-Banda
Kienet ilha tidwi x-xewqa fi qlub ta bosta Qormin, biex ħdejn il-Vitorja, jinfetaħ każin tal-banda. Kien f'Settembru 1987, li intlaħaq fteħim bejn il-Professur Antoine Agius u s-Sinjuri John Mary Spiteri, Carmelo Spiteri u Salvu Debono mal-Kumitat tal-Qormi Rockers Football Club. Ta' min jgħid, li l-kumitat tal-Qormi Rockers kien jeżisti, biss il-każin ma' kienx jiffunzjona u għal xi żmien kien magħluq ukoll. Dawn imbagħad u xi persuni oħra voluntiera, iltaqgħu flimkien biex seta' jiġi ffurmat kumitat proviżorju. Bl-approvazzjoni tal-istess membri tal-Qormi Rockers F.C., dan il-kumitat ġie maħtur. Bla telf ta zmien, beda jaħdem biex jibdel dan il-każin minn Qormi Rockers F.C. għall-Għaqda Soċio-Mużikali Anici.
Din is-Soċjeta Anici, twaqqfet b'imħabba kbira lejn San Ġorġ u biex tkompli tkabbar il-festa ta' din il-Belt Pinto, li ssir ad unur il-Qaddis Patrun tagħna u f'dak kollu li hu tal-Parroċċa. Apparti fil-festa titulari ta' Ġunju, l-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici tieħu sehem ukoll fil-festi tal-Ġimgħa Mqaddsa u fl-Għid il-Kbir.
Il-Każin jinsab fl-akwati magħrufa tal-Vitorja u fih insibu swali mill-isbaħ. Matul is-snin, saru bosta rikkezzi ġewwa l-Kazin fosthom l-Arkivju meraviljuż, l-Bandalora u l-bankun taghha fost oħrajn. Saret ukoll statwa ta' San Ġorġ fuq iż-żiemel fis-sena 2019 u din tintuża fil-marċ tal-festa liturġika.
L-Għaqda kellha ukoll xi mawriet barra min Malta: Libja 1988, Kanada u l-Istati Uniti 1996, Ragusa 2013, Modica 2014, Castelmola 2018.
Sezzjoni Żgħażagħ Stillieri
Is-Sezzjoni Żgħażagħ Stillieri hija sezzjoni fi ħdan l-Għaqda Mużikali Anici u li hija responsabbli mill-briju u miż-żgħażagħ fil-Każin Anici. Din lis-Sezzjoni taħdem matul is-sena biex fil-festa ta' San Ġorġ, ikun hemm briju waqt il-marci, li l-Għaqda Mużikali Anici tagħmel matul il-festa, imma mhux biss.
Fi żmien is-Sajf jiġu organizzati diversi BBq's kif ukoll il-Lejla Maltija. Organizzat ukoll Wine Taster Competitio kif ukoll 5 A-side One Day Football Tournament. Dawn it-tip ta' attivitajiet jiġu organizzati matul is-sena taħt ir-responsabilita' tal-membri tas-Sezzjoni Żgħażagħ Stillieri. Din is-Sezzjoni bħal kull sena tieħu ħsieb li torganizza l-marċ tal-aħħar tridu u kull sena tipprova toħloq sorpriża. Fis-sena 2004 kienet saret kopja to scale tal-faccata tal-Kazin Banda Anici.
Għal aktar Informazzjoni fuq l-Banda Anici idħol fis-site www.anicibandclub.org