top of page
Għaqda tan-Nar 23 t'April

Għaqda tan-Nar 23 ta' April

L-Għaqda tan-Nar 23 t'April hija l-għaqda prinċipali li tieħu ħsieb taħdem in-nar għall-festa ta' San Ġorġ Martri f'Ħal Qormi. Il-membri fi ħdan l-Għaqda tan-nar huma ukoll magħrufa bħala l-Qalbenin. Apparti l-festa ta' Ġunju, l-Għaqda tan-nar tieħu ħsieb ukoll li taħraq nar fil-festa liturġika ta' San Ġorġ fit-23 t'April, fil-festa tal-Għid il-Kbir, kif ukoll fl-ewwel tas-Sena. Tul is-snin, din l-Għaqda kellha l-mumenti sbieħ u anke' sfortunatament mumenti koroħ fejn anke' tilfu ħajjithom membri fi ħdan l-Għaqda tan-nar.

Matul is-sena, din l-Għaqda tahdem in-nar b'membri volontarji u liċenzjati, taħt it-tmexxija tal-licensee. Matul is-sena, l-Għaqda tan-Nar 23 t'April, torgnizza ukoll bl-għajnuna tal-helpers nisa, diversi attivitajiet ta' 'fund raising' fosthom 'coffee mornings', ikliet, 'diner dances', barbikjus, u lotteriji.

 

Mumenti sabieħ li seħħew fi ħdan l-Għaqda kienu bosta. Fis-sena tal-festi centinarji tal-Qaddis San Ġorġ Martri fl-2003, eżattament fis-7 ta' Diċembru, kien sar pellegrinaġġ bl-istatwa ta' Maria Immakulata għall-Kamra tan-Nar, b'ringrazzjament ta' l-għajnuna li l-Madonna ixxered fuq il-membri preżenti tul iż-żmien. Il-vara kienet ittellgħet mill-Kolleġġjata, merfugħa mill-Fratelli fi ħdan il-ħames Fratellanzi tal-Parroċċa u membri tal-kamra tan-nar. Il-purċissjoni kienet baqgħet tielgħa sa ħdejn il-kamra b'mod devozzjonali. Meta waslet hdejn il-kamra tan-nar intlaqgħet bil-kant marjan, tpoġġiet fuq l-istrippi u saret quddiesa mill-Arċipriet Dun Frans Abdilla b'sinjal ta' ringrazzjament. F'din l-okkazzjoni, ġew ukoll imfakkra dawk il-membri li mietu tul diversi diżgrazzji li kienu seħħu fi ħdan l-Għaqda tan-Nar 23 t'April.  

Mument sabiħ u storiku ieħor kien fl-okkazzjoni tad-90 anniversarju mill-bini tal-kumpless, fejn sar pellegrinaġġ ieħor pero din id-darba, bil-Vara Titulari ta' San Ġorġ Martri. Il-pellegrinagg kien wieħed amalgamat ma' anniversarju ieħor, dak tal-275 sena Vara Titulari. Kien għalhekk li l-purċissjoni għaddiet ukoll mill-Parroċċa ta' San Sebastjan biex umbad wara, waslet fejn l-kumpless tan-nar. Tul il-pellegrinaġġ, Il-vara ġiet merfugħa mill-Fratelli fi ħdan il-ħames Fratellanzi tal-Parroċċa tagħna, min xi reffiegħa mill-Fratellanzi fi ħdan il-Parroċċa ta' San Sebastjan u mill-membri tal-kamra tan-nar. Mal-wassla fil-kumpless tan-nar, il-vara intlaqat b'entużjażmu kbir qalb folla numeruża, bil-kant tal-antifona maħruġa mill-Għaqda tan-Nar stess. Il-Vara tpoġġiet fuq l-istribbi u sar xi talb ta' ringrazzjament lil San Ġorġ. Dan il-pellegrinaġġ storiku seħħ nhar l-24 ta' April 2016.

Maż-żmien, l-Għaqda tan-Nar ħadet sehem f'kompetizzjonijiet Internazzjoni tan-nar, fejn fostom waqt il-Malta Fireworks Festival tas-sena 2014, kienet ġiet ikklassifikata fl-ewwel post fit-televoting. Unur mistħoqq mill-Għaqda tagħna u li jagħmel lil Qriema Ġorġjani kburin bil-Qalbenin. 

Ghal aktar informazzjoni fuq il-facebook page Għaqda tan-Nar 23 t' April

Copyright © 2009 by Daniel Pullicino created with Wix.com

bottom of page